3 ta’ Diċembru, 2014
Għażiż Membru,
Nittama li tinsab tajjeb u lest li tingħaqad magħna għall‐aħħar attività ta’ din is‐sena biex naqsmu flimkien il‐ferħ u l‐paċi li l‐Milied iġib miegħu. Għaldaqstant, inti mistieden biex tingħaqad magħna fid‐19 ta’ Diċembru fil‐5.00 ta’ filgħaxija fl‐Istitut Kattoliku, il‐Furjana. Din se tkun okkażjoni li matulha nkunu nistgħu naqsmu flimkien is‐sabiħ u l‐ikrah tal‐ħajja bl‐artrite, u b’hekk inkunu ta’ għajnuna għalloħrajn kif ukoll għalina nfusna. Dan jgħinna biex inħossuna aħjar fil‐mixja tal‐ħajja. Miegħek ġib messaġġ pożittiv miktub fuq karta, jew xi oġġett żgħir b’messaġġ li taħseb li jkun ta’ għajnuna għal ħajja pożittiva. Minn dan se jgawdi ħaddieħor li jirċevih. Miegħek ukoll tista’ iġġib xi ħaġa tal‐ikel biex naqsmuha flimkien. Se jkonna nitolbukom €3 biex nifdu l‐ħlas tal‐post u xi ħaġa biex nixorbu. Għal koppja l‐ħlas ikun €5.
Agħmel kuntatt magħna permezz ta’ email, jew inkella ċempel fuq:
21380540 / 79070357 (Marie‐Therese) jew 21493986 (Josephine).
Għandek żmien sa nhar it‐Tlieta 16 ta’ Diċembru.
Mehmuż għandek il‐programm ta’ attivitajiet għal Jannar ‐ Marzu. Dawn huma laqgħat li fihom niksbu informazzjoni siewja biex ngħixu aħjar. Issib wkoll l‐informazzjoni fuq ilkors Ħajja Aħjar. Tinsiex tibbukkja minn qabel biex tattendi.
Barra minn dan, nixtieq nirringrazzjak jekk ħallast is‐sħubija f’Ottubru, imma jekk le, nitolbok tagħmel dan fil‐ġranet li ġejjin. Minn din is‐sena, min iħallasha qed jingħata karta ta’ sħubija biex jużaha fl‐attivitajiet tal‐ARAM, kif ukoll biex igawdi minn skont għall‐pool therapy fil‐Fortina Spa Resort u l‐Inspire Marsaskala. Għandna l‐ħsieb li nżidu din il‐lista għall‐ġid tal‐membri.
F’isem il‐kumitat tal‐Aram, nixtieqlek ħafna saħħa, ferħ u paċi. L‐isbaħ xewqat ukoll għal Milied ħieni u sena mimlija sliem.
Marie‐Thérèse Camenzuli
Segretarja ARAM
ARAM, P.O. Box 55, Birkirkara
Telephone: 99259532
e-mail: aramalta@gmail.com
VO 0425
————————————————————————————————————–
PROGRAMM
Jannar:
Data: Il-Ħamis, 15 ta’ Jannar, 2014
Ħin: Mill-10:00am san-12:30pm
Post: Dan għad irid jiġi kkonfermat
F’din il-laqgħ se jkollna l-ispiżara Ms Louise Grech li se titkellem fuq ilmediċini,
l-effetti tagħhom, u kif għandna neħduhom biex ikollna l-aħjar effett.
Buking sat-13 ta’ Jannar.
Frar:
Data: Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2014
Ħin: Mill-10:00am sa n-12:30
Post: Dan għad irid jiġi kkonfermat
F’din il-laqgħ se jkollna espert fuq il-Mediċna Alternattiva. Din tista’ tieħ post il-mediċna li nafu biha? Booking sas-17 ta’ Frar.
Marzu:
Data: Il-Ħadd, 29 ta’ Marzu 2014
Ħin: Mid-09:00am sat-3:30 pm
Post: Jitħabbar ’il quddiem
Ikollna l-Laqgħ Ġnerali Annwali. Dettalji jingħtaw iżed ’il quddiem. Din hija
laqgħ importanti li għliha nħġġk biex tattendi.
Booking sal-20 ta’ Marzu.
————————————————————————————————————
Kors Ħajja Aħjar:
Wara is-suċċess ta’ dan il-kors f’April-Ġnju 2014, għndna l-pjaċr navżwk li se
nerġħ nagħluh. Il-laqgħt se jkunu kull nhar ta’ Tlieta mill-24 ta’ Frar sal-31 ta’
Marzu 2015.
Dan huwa kors maħsub għal persuni li jbatu minn mard kroniku, b’mod partikulari blartrite,
biex jgħnhom jieħu ħieb tagħom infushom, u b’hekk jgħxu ħjja aħar. Ilkors
jgħnek biex ikollok aktar kunfidenza fl-abiltàtiegħk, u hekk tkun tista’ tieħ ħieb
aħar il-kundizzjoni tiegħk kif ukoll tgħx il-ħjja fil-milja tagħa.
Il-kors jikkonsisti f’sitt laqgħt ta’ sagħejn u nofs il-waħa darba fil-ġmgħ.
Ħin: 10.00 ta’ filgħdu san-12.30
Post: Sptar Karin Grech. Lecture Room 2 (dan għad irid jiġi kkonfermat)
Prezz: 10 euro (li jinkludi n-noti stampati)
Għall-buking u aktar informazzjoni ċempel lil:
Marie‐Therese fuq 21380540 / 79070357
Jew ibgħat ittra elettronika fuq: aramalta@gmail.com
JIĠU AĊĊETTATI BISS L-EWWEL 12-IL PERSUNA LI JIBBUKKJAW
Copyright ©2019 ARAM. All Rights Reserved. – ARAM, P.O.Box 55, B’Kara. Registration No. V/O 0425